18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-30 ta’ Mejju 2012 — Frédéric Hay vs Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres
(Kawża C-267/12)
2012/C 250/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Frédéric Hay
Konvenut: Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għażla tal-leġiżlatur nazzjonali li jirriżerva l-konklużjoni ta’ żwieġ għal persuni ta’ sess differenti, tista’ tikkostitwixxi għan leġittimu, xieraq u neċessarju li jiġġustifika d-diskriminazzjoni indiretta li tirriżulta mill-fatt li ftehim kollettiv, billi jirriżerva vantaġġ fil-qasam ta’ remunerazzjoni u ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol lill-impjegati li jiżżewġu, neċessarjament jeskludi minn dan il-vantaġġ lill-imsieħba tal-istess sess li kkonkludew patt ċivili ta’ solidarjetà?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)
Full & Egal Universal Law Academy