18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Samantha Elrick vs Bezirksregierung Köln
(Kawża C-275/12)
2012/C 250/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Samantha Elrick
Konvenuta: Bezirksregierung Köln
Domanda preliminari
L-Artikoli 20 u 21 TFUE jipprekludu dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tipprovdi li l-għajnuna għat-taħriġ prevista mil-liġi federali rigward il-promozzjoni individwali għat-taħriġ (Bundesausbildungsförderungsgesetz, iktar ’il quddiem il-“BaföG”) hija rrifjutata lil ċittadina Ġermaniża li għandha r-residenza permanenti tagħha fil-Ġermanja u li tattendi stabbiliment ta’ taħriġ li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, għall-attendenza f’dan l-istabbiliment ta’ taħriġ barrani, għaliex it-taħriġ segwit barra mill-pajjiż huwa biss għal perijodu ta’ sena, meta l-persuna kkonċernata setgħet tirċievi l-għajnuna għat-taħriġ tal-BaföG għal taħriġ analogu fil-Ġermanja li kien, huwa wkoll, għal perijodu ta’ sena?
Full & Egal Universal Law Academy