4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl-1 ta’ Ġunju 2012 — Vitālijs Drozdovs, irrappreżentat minn Valentīna Balakireva vs AAS “Baltikums”
(Kawża C-277/12)
2012/C 235/18
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vitālijs Drozdovs, irrappreżentat minn Valentīna Balakireva
Konvenuta: AAS “Baltikums”
Domandi preliminari
(1)
Il-kumpens obbligatorju għad-dannu personali previst fl-Artikolu 3 tal-[Ewwel] Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE (1), tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u fl-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE (2), tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, jinkludi wkoll id-danni morali?
(2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda affermattiva, l-Artikolu 3 tal-[Ewwel] Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u l-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu lil Stat Membru milli jillimita l-ammont massimu tal-kumpens għad-danni mhux materjali (morali), billi jiffissa limitu li huwa sostanzjalment inqas mil-limitu tar-responsabbiltà tal-assigurazzjoni ffissat mid-direttivi u mil-liġi nazzjonali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3.
Full & Egal Universal Law Academy