4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-6 ta’ Ġunju 2012 — Trento Sviluppo srl u Centrale Adriatica Soc. coop. vs AGCOM
(Kawża C-281/12)
2012/C 235/20
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Trento Sviluppo srl, Centrale Adriatica Soc. coop.
Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (AGCOM)
Domanda preliminari
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/29/KE (1), fir-rigward tal-parti li fiha l-verżjoni Taljana tuża t-termini “e in ogni caso”, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ prattika kummerċjali qarrieqa, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li jeżisti wieħed biss mill-elementi msemmija fl-ewwel parti ta’ dan il-paragrafu jew jekk il-fatt li l-prattika kummerċjali tkun ta’ natura li tbiddel id-deċiżjoni kummerċjali adottata mill-konsumatur jikkostitwixxi element neċessarju ieħor sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ din il-prattika kummerċjali qarrieqa?
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy