8.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 273/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gelsenkirchen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Ġunju 2012 — Michael Schwarz vs Stadt Bochum
(Kawża C-291/12)
2012/C 273/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Gelsenkirchen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Michael Schwarz
Konvenuta: Stadt Bochum
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (1), tat-13 ta’ Diċembru 2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, huwa validu?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 07.06.2006, p. 375).
(2) Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u l-bijometrika f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 142, p. 1), kif emendat (ĠU L 188, p. 127).
Full & Egal Universal Law Academy