8.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 273/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Confédération paysanne vs Ministre de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche
(Kawża C-298/12)
2012/C 273/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Confédération paysanne
Konvenut: Ministre de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche
Domandi preliminari
(1)
Il-paragrafi (1) u (5) tal-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, (1) jawtorizzaw lill-Istati Membri, fid-dawl tat-termini tagħhom, iżda wkoll tal-għanijiet tagħhom, sabiex jibbażaw id-dritt ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-ammont ta’ referenza tal-bdiewa li l-produzzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata b’mod gravi minħabba l-obbligi agroambjentali li jkunu ġew issuġġettati għalihom matul il-perijodu ta’ referenza kollu jew parti minnu, fuq il-paragun bejn l-ammonti ta’ pagamenti diretti riċevuti matul is-snin affettwati minn dawn l-obbligi u dawk li jkunu ġew riċevuti għas-snin mhux affettwati?
(2)
Il-paragrafi (2) u (5) tal-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, jawtorizzaw lill-Istati Membri sabiex jibbażaw id-dritt ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-ammont ta’ referenza tal-bdiewa li l-produzzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata b’mod gravi minħabba l-obbligi agroambjentali li jkunu ġew isuġġettati għalihom matul il-perijodu ta’ referenza kollu, fuq il-paragun bejn l-ammont ta’ pagamenti diretti riċevuti matul l-aħħar sena mhux affettwata mill-obbligi agroambjentali, inkluż ukoll jekk din is-sena tkun tmien snin qabel il-perijodu ta’ referenza, u l-ammont annwali medju ta’ pagamenti diretti riċevuti matul il-perijodu ta’ referenza?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3 Vol. 40, p. 269)
Full & Egal Universal Law Academy