22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Ġunju 2012 — X; parti oħra: Minister van Financiën
(Kawża C-302/12)
2012/C 287/32
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Minister van Financiën
Domandi preliminari
(1)
L-eżerċizzju ta’ kompetenzi fiskali minn żewġ Stati Membri, b’mod partikolari l-impożizzjoni ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq vettura bil-mutur, huwa bla limitu meta ċittadin tal-Unjoni jirrisjedi, skont leġiżlazzjonijiet nazzjonali, f’żewġ Stati Membri, u juża b’mod effettiv u fit-tul f’dawn iż-żewġ Stati Membri vettura bil-mutur li hija proprjetà tiegħu?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija negattiva, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jista’ jkollu effett korrettiv fuq l-impożizzjoni ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni fil-każ bħal f’din il-kawża u, f’każ affermattiv, dan il-prinċipju jimplika li Stat Membru jew iż-żewġ Stati Membri għandhom jimponu limiti fl-eżerċizzju tal-kompetenzi fiskali tagħhom u b’liema mod?
Full & Egal Universal Law Academy