22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Spedition Welter GmbH/Avanssur S.A.
(Kawża C-306/12)
2012/C 287/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Saarbrücken
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Spedition Welter GmbH
Konvenuta: Avanssur S.A.
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-setgħat tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet jinkludu li huwa awtorizzat jirċievi notifiki għan-nom tal-impriża ta’ assigurazzjoni b’tali mod li, fil-kuntest ta’ proċeduri mibdija mill-persuna leża kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni sabiex tikseb kumpens għal inċident, notifika ġudizzjarja indirizzata lir-rappreżentat maħtur mill-imsemmija impriża tista’ titqies bħala li ġiet innotifikata lil din tal-aħħar b’mod validu?
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
(2)
L-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2009/103 jipproduċi effett dirett tali li l-persuna leża tista’ tipprevalixxi ruħha minnu quddiem il-qorti nazzjonali, b’tali mod li din tal-aħħar jkollha titlaq mill-prinċipju li n-notifika indirizzata lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet fil-kwalità tiegħu ta’ “rappreżentant” tal-impriża ta’ assigurazzjoni ġiet innotifikata lilha b’mod validu, minkejja li r-rappreżentant ma kienx tqabbad b’mod konvenzjonali sabiex jirċievi notifiki u minkejja li d-dritt nazzjonali ma jipprevedix mandat legali f’każ bħal dan, iżda altrimenti n-notifika tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mid-dritt nazzjonali?
(1) ĠU L 263, p. 11.
Full & Egal Universal Law Academy