29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/17
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija
(Kawża C-307/12)
2012/C 295/28
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, D. Düsterhaus, S. Petrova)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma d-dritt nazzjonali tagħha mad-Direttiva 2008/98/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, jew fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 40 tal-imsemmija direttiva.
—
abbażi tal-Artikolu 260(3) TFUE, timponi fuq il-Bulgarija pagamenti ta’ penalità għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tikkomunika l-miżuri meħuda sabiex tikkonforma d-dritt nazzjonali tagħha mad-Direttiva 2008/98/KE, fl-ammont ta’ EUR 15 200,80 kuljum b’effett mid-data li fiha tingħata d-deċiżjoni fil-kawża preżenti,
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-perijodu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-12 ta’ Diċembru 2010.
(1) ĠU L 312, p. 3
Full & Egal Universal Law Academy