8.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 273/7
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-308/12)
2012/C 273/11
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, D. Düsterhaus u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma implementatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1) u fi kwalunkwe każ billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 40(1) ta’ din id-direttiva;
—
timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità perijodiċi minħabba nuqqas li twettaq l-obbligu tagħha li tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2008/98/KE, b’rata ta’ EUR 67 314,24 kuljum b’effett mid-data li fiha ngħatat is-sentenza f’din il-kawża;
—
tordna lir-Republikka tal-Polonja tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-perijodu li fih kellha tiġi trasposta d-Direttiva 2008/98/KE skada fit-12 ta’ Diċembru 2010.
(1) ĠU L 312, p. 3.
Full & Egal Universal Law Academy