22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Huy (il-Belġju) fit-28 ta’ Ġunju 2012 — Agim Ajdini vs État belge, Service des Allocations aux Handicapés
(Kawża C-312/12)
2012/C 287/37
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal du travail de Huy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agim Ajdini
Konvenut: État belge, Service des Allocations aux Handicapés
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 4 tal-Liġi tas-27 ta’ Frar 1987 dwar l-allowances għal persuni b’diżabilità, sa fejn dan jeskludi mill-benefiċċju tal-allowances għal persuni b’diżabilità, biss minħabba n-nazzjonalità tagħha, lill-persuna barranija li tirrisjedi legalment fil-Belġju, li hija rreġistrata fir-reġistru għall-barranin u li għandha rabtiet b’saħħithom u fit-tul mal-Belġju, u li ilha tirrisjedi hemmhekk flimkien mal-familja tagħha għal tnax-il sena, biċ-ċirkustanza partikolari li din il-persuna barranija hija ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa kandidat uffiċjali għal adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, huwa konformi mad-dritt Ewropew, u b’mod partikolari mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2000/C 364/01), b’mod partikolari l-Artikoli 20, 21 u 26 tagħha?
(2)
L-Artikolu 26(4) tal-Liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Qorti tal-Arbitraġġ huwa konformi mad-dritt Ewropew, u b’mod partikolari mal-Artikolu 234 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy