25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSvea hovrätt (l-Isvezja) fit-2 ta’ Lulju 2012 — Proċeduri kriminali kontra Daniel Lundberg
(Kawża C-317/12)
2012/C 258/21
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Svea hovrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Daniel Lundberg
Domandi preliminari
(1)
Il-kunċett ta’ “trasport mhux kummerċjali ta’ merkanzija” fl-Artikolu 3(h) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi t-trasport ta’ merkanzija magħmul minn individwu fil-kuntest ta’ attività ta’ rikreazzjoni, meta din tal-aħħar hija parzjalment iffinanzjata minn sussidji (sponsorships) ta’ terzi, persuni fiżiċi jew ġuridiċi?
(2)
L-elementi li ġejjin għandhom effett fuq l-evalwazzjoni ta’ dak li jikkostitwixxi trasport “mhux kummerċjali”:
(a)
is-sewwieq ma jagħmel ebda trasport ħlief għall-użu personali tiegħu?
(b)
li l-ebda remunerazzjoni ma tingħata għall-istess trasport?
(c)
l-importanza ta’ sussidji riċevuti u/jew l-importanza tagħhom fil-konfront tal-baġit stabbilit għall-imsemmija attivita’ ta’ rikreazzjoni?
(1) Regolament (KE) Nru°561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy