25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (Id-Danimarka) fit-2 ta’ Lulju 2012 — Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd vs Ankenævnet for Patenter og Varemærker
(Kawża C-320/12)
2012/C 258/22
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd
Konvenuta: Ankenævnet for Patenter og Varemærker
Domandi preliminari
(1)
Il-kunċett ta’ mala fede fl-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1) huwa espressjoni ta’ standard legali li jista’ jiġi sodisfatt skont il-liġi nazzjonali, jew huwa kunċett li jaqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea li għandu jingħata interpretazzjoni uniformi fi ħdan l-Unjoni Ewropea?
(2)
Jekk il-kunċett ta’ mala fede fl-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE huwa kunċett li jaqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea, dan il-kunċett għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jkun biżżejjed li l-applikant kellu għarfien jew imissu kellu għarfien tat-trade mark barranija meta ressaq l-applikazzjoni, jew hemm rekwiżit ulterjuri li jirrigwarda l-pożizzjoni soġġettiva tal-applikant sabiex tiġi miċħuda r-reġistrazzjoni?
(3)
Stat Membru jista’ jagħżel li jintroduċi protezzjoni speċifika ta’ trade marks barranin li, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ mala fede, tvarja mill-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE, pereżempju billi tistabbilixxi rekwiżit speċjali li l-applikant kellu għarfien jew imissu kellu għarfien fir-rigward tat-trade mark barranija?
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).
Full & Egal Universal Law Academy