22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Lulju 2012 — F. van der Helder & D. Farrington vs College voor zorgverzekeringen (Cvz)
(Kawża C-321/12)
2012/C 287/39
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: F. van der Helder, D. Farrington
Konvenuta: College voor zorgverzekeringen (Cvz)
Domanda preliminari
Il-leġiżlazzjoni li għaliha l-persuna li tirċievi pensjoni kienet suġġetta għaliha għall-itwal żmien, fis-sens tal-Artikolu 28(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1), tirreferi għal-leġiżlazzjoni dwar benefiċċji tal-mard u tal-maternità, għal-leġiżlazzjoni dwar pensjonijiet tax-xjuħija, jew kull leġiżlazzjoni oħra dwar l-oqsma tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament u li kienu applikabbli abbażi tat-Titolu II tar-Regolament?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy