22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-4 ta’ Lulju 2012 — L-Istat Belġjan — SPF Finances vs GIMLE SA
(Kawża C-322/12)
2012/C 287/40
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L-Istat Belġjan — SPF Finances
Konvenuta: GIMLE SA
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(3), (4) u (5) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (1) għandu jkun interpretat fis-sens li ma jipprovdix biss riferiment għal informazzjoni addizzjonali fin-noti dwar il-kontijiet annwali iżda jimponi, meta l-prezz tax-xiri ma jikkorrispondix manifestament mal-valur attwali tal-proprjetà kkonċernata, u li b’hekk jagħti stampa distorta tal-patrimonju, tas-sitwazzjoni finanzjarja, kif ukoll tar-riżultat tal-intrapriża, li ssir deroga mill-prinċipju li l-assi jitniżżlu fil-kontijiet bil-prezz tax-xiri u li jiġu immedjatament irrikonoxxuti bil-valur tal-bejgħ mill-ġdid tagħhom, jekk dan ikun jidher li jkun il-valur reali tagħhom?
(1) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21).
Full & Egal Universal Law Academy