6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fid-9 ta’ Lulju 2012 — Novontech-Zala Kft vs LOGICDATA Electronic & Software Entwicklungs GmbH
(Kawża C-324/12)
2012/C 303/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti u konvenuta fl-ewwel istanza: Novontech-Zala Kft
Appellata u rikorrenti fl-ewwel istanza: LOGICDATA Electronic & Software Entwicklungs GmbH
Domandi preliminari
(1)
Il-fatt li l-avukat inkarigat li jressaq dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea ma jkunx osserva t-terminu previst għal dan il-għan jikkostitwixxi nuqqas personali tal-konvenut fis-sens tal-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1)?
(2)
Jekk in-nuqqas tal-avukat ma huwiex imputabbli lill-konvenut bħala nuqqas personali tal-konvenut, in-notament żbaljat tad-data tal-iskadenza tat-terminu mill-avukat inkarigat li jressaq dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandu jiġi interpretat bħala li jikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006?
(1) ĠU L 399, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy