6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2012 — Rita van Caster, Patrick van Caster vs Finanzamt Essen-Süd
(Kawża C-326/12)
2012/C 303/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rita van Caster, Patrick van Caster
Konvenut: Finanzamt Essen-Süd
Domanda preliminari
Taxxa b’rata fissa tad-dħul li jirriżulta mill-fondi ta’ investiment (nazzjonali u) barranin magħrufa bħala “mhux trasparenti” taħt l-Artikolu 6 tal-Investmentsteuergesetz (Liġi dwar it-tassazzjoni ta’ investimenti) tikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 56 KE) minħabba li tikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu tal-kapital (Artikolu 58(3) KE)?
Full & Egal Universal Law Academy