29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-10 ta’ Lulju 2012 — Ministero dello Sviluppo Economico u Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture vs Soa Nazionale Costruttori
(Kawża C-327/12)
2012/C 295/32
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dello Sviluppo Economico u Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture
Konvenuta: Soa Nazionale Costruttori — Organismo di Attestazione Spa
Domanda preliminari
Il-prinċipji Komunitarji fil-qasam tal-kompetizzjoni u l-Artikoli 101, 102 u 106 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu l-applikazzjoni tat-tariffi stabbiliti fid-D.P.R. Nru 34, tal-25 ta’ Jannar 2000, u fid-D.P.R. Nru 207, tal-5 ta’ Ottubru 2010 għall-attività ta’ verifika tal-hekk imsejħa società organismi di attestazione (SOA)?
Full & Egal Universal Law Academy