22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/24
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-331/12)
2012/C 287/44
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Nicolae u J. Hottiaux, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (1), u fi kwalunkwe każ billi ma informatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 56 095,20 għal kull jum, mid-data meta tingħata s-sentenza ta’ din il-kawża, peress li ma osservatx l-obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/18/KE;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-25 ta’ Mejju 2011.
(1) ĠU L 337, p. 11.
Full & Egal Universal Law Academy