22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret fis-16 ta’ Lulju 2012 — Ministeriet for Forskning, Innovation og Videregående Uddannelser vs Manova A/S
(Kawża C-336/12)
2012/C 287/47
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministeriet for Forskning, Innovation og Videregående Uddannelser
Konvenuta: Manova A/S
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fid-dritt tal-Unjoni Ewropea jfisser li wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni ta’ kandidatura għal proċedura ta’ sejħa għal offerti, awtorità kontraenti ma tistax tikseb l-aħħar kontijiet annwali ta’ kandidat, li l-komunikazzjoni tagħhom kienet meħtieġa fl-avviż ta’ preselezzjoni, meta l-imsemmi kandidat ikun naqas milli jehmeż dawn id-dokumenti mal-applikazzjoni għall-preselezzjoni tiegħu?
Full & Egal Universal Law Academy