29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/19
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2012 minn Pi-Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-8 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-331/10, Yoshida Metal Industry Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni)
(Kawża C-337/12 P)
2012/C 295/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Pi-Design AG, Bodum France, u Bodum Logistics A/S, (rappreżentant: H. Pernez, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Yoshida Metal Industry Co. Ltd
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali
—
tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja 1 371 244
Sussidjarjament
—
terġa’ tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali bl-obbligu li tirrinvija l-kawża lura lill-Bord ta’ Appell fil-każ li d-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar tiġi annullata.
—
tikkundanna lil YOSHIDA METAL INDUSTRY CO. LTD għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li s-sentenza kkontestata għandha tiġi annullata fuq il-bażi li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-Trade Mark Komunitarja billi applikat kriterji żbaljati fl-identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tas-sinjal ikkontestat u billi żnaturat il-provi quddiemha.
Full & Egal Universal Law Academy