29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/19
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2012 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-8 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-331/10 — Yoshida Metal Industry Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-338/12 P)
2012/C 295/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedura: Yoshida Metal Industry Co. Ltd u Pi-Design AG, Bodum France, Bodum Logistics A/S
Talbiet tal-appellant
—
tilqa’ l-appell fl-intier tiegħu,
—
tannulla s-sentenza appellata, u
—
tikkundanna lil Yoshida Metal Industry Co. Ltd għall-ispejjeż sostnuti mill-UASI
Aggravji u argumenti prinċipali
—
L-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti r-raġunijiet insostenn għas-sentenza appellata sa fejn hija ma indirizzatx l-argument tal-UASI msemmi fil-punt 18 tas-sentenza appellata.
—
L-appellant isostni wkoll li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja. Hija kellha tosserva li sinjal bidimensjonali jista’, mhux biss ikun applikat, iżda wkoll inkluż f’oġġett tridimensjonali. L-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja għalhekk teħtieġ li tieħu kont tal-modi kollha possibbli fejn jista’ jiġi previst, fid-data tal-preżentazzjoni, li s-sinjal inkwistjoni jista’ jkun inkluż f’oġġett tridimensjonali. Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi billi ddeċidiet li l-Bord tal-Appell kien ibbaża l-eżami tiegħu esklużivament fuq il-prodotti attwalment ikkummerċjalizzati. Fil-fatt, il-Bord tal-Appell għamilha ċara li l-konklużjonijiet tiegħu huma bbażati primarjament fuq il-privattivi ppreżentati minn Pi-Design. Fi kwalunkwe każ, riferiment għal materjal addizzjonali, inklużi privattivi u prodotti attwalment ikkummerċjalizzati, ma għandhomx ikunu pprojbiti meta materjal bħal dan jikkorrobora l-konklużjoni li l-karatteristiċi tas-sinjal ikkontestat, kif ippreżentat, jistgħu jiksbu riżultat tekniku ladarba inklużi f’oġġett tridimensjonali. Dan huwa l-uniku approċċ xieraq sabiex jinżammu ċ-ċertezza legali u l-interess pubbliku li huma l-bażi tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy