29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/20
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2012 minn Pi-Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-8 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-416/10: Yoshida Metal Industry Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-339/12 P)
2012/C 295/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Pi-Design AG, Bodum France, u Bodum Logistics A/S, (rappreżentant: H. Pernez, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Yoshida Metal Industry Co. Ltd
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali
—
tikkanċella t-trade mark Komunitarja 1 372 580
Sussidjarjament
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali bl-obbligu li tirrinvija l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar.
—
tordna lil YOSHIDA METAL INDUSTRY CO. LTD. tbati l-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata fuq il-bażi li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi applikat kriterji żbaljati meta identifikat il-karatteristiċi essenzjali tas-sinjal ikkontestat u billi żnaturat il-provi quddiemha.
Full & Egal Universal Law Academy