6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel te Gent (il-Belġju) fid-19 ta’ Lulju 2012 — Euronics Belgium CVBA vs Kamera Express BV & Kamera Express Belgium BVBA
(Kawża C-343/12)
2012/C 303/28
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Euronics Belgium CVBA
Konvenuti: Kamera Express BV, Kamera Express Belgium BVBA
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 101 tal-liġi dwar il-prattiki tas-suq u l-protezzjoni tal-konsumaturi, li, fost l-oħrajn, huwa intiż li jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi u li jipprovdi kif ġej:
“Artikolu 101(1) L-ebda impriża ma tista’ toffri għal bejgħ jew tbigħ beni b’telf.
Bejgħ b’telf huwa bejgħ bi prezz li ma huwiex, minn tal-inqas, daqs il-prezz li bih l-impriża xtrat il-beni jew il-prezz li għandha tħallas l-impriża għar-riforniment tal-beni, wara li jkunu tnaqqsu kwalunkwe skontijiet li ngħataw definittivament. Sabiex jiġi ddeterminat jekk bejgħ huwiex bejgħ b’telf, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iskontijiet li jkunu ngħataw, esklużivament jew le, bi skambju għall-impenji tal-impriża minbarra x-xiri tal-beni”,
huwa inkompatibbli mad-Direttiva 2005/29/KE (1) sa fejn jipprekludi bejgħ b’telf, meta jidher li l-imsemmija direttiva ma tipprekludix tali prattiki ta’ bejgħ u li l-leġiżlazzjoni Belġjana tista’ tkun iktar stretta mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/29/KE, liema sitwazzjoni hija pprojbita mill-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva?
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22)
Full & Egal Universal Law Academy