22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/26
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-344/12)
2012/C 287/49
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u G. Conte, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx fit-termini stabiliti l-miżuri neċesarji kollha sabiex tiġi implementata d-Deċiżjoni C(2009) 5497 tad-19 ta’ Novembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 38/A/2004 (ex NN 58/2004) u Nru C 36/B/2006 (ex NN 38/2006) li permezz tagħha l-Italja implementat favur Alcoa Trasformazioni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti mill-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u tal-Artikolu 288 TFUE;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors tal-Kummissjoni għandu bħala s-suġġett in-nuqqas ta’ twettiq ta’ implementazzjoni min-naħa tar-Repubblika Taljana tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat illegali favur il-kumpannija Alcoa.
Min-naħa, skont l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni inkwistjoni, l-Italja kellha tikkomunika lill-Kummissjoni l-ammont totali ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata, il-miżuri adottati u ppjanati sabiex tiġi implementata d-deċiżjoni u dokumenti li juru li ġie impost fuq il-benefiċjarju l-obbligu li jirrimborsa l-għajnuna, sal-20 ta’ Jannar 2010. Min-naħa l-oħra, permezz tal-qari flimkien tal-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni, l-Italja kienet obbligata li tipproċedi bl-irkupru tal-għajnuna mingħand il-benefiċjarju sal-20 ta’ Marzu 2010.
Sad-data li fiha ġie ppreżentat dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri kollha necessari biex twettaq tali obbligi.
Full & Egal Universal Law Academy