22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/26
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-345/12)
2012/C 287/50
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tiddikjara li r-Repubblika Taljana, peress li ma ppreveditx l-obbligu li jiġi pprovdut ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija f’każ ta’ bejgħ jew kiri ta’ proprjetà skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 10 tad-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2002, dwar il-prestazzjoni ta’ l-enerġija tal-bini (1), naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 7(1) u (2), u 10 tal-istess direttiva moqrija flimkien mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (2);
—
tiddikjara li r-Repubblika Taljana, peress li ma nnotifikatx il-miżuri kollha li jittrasponu l-Artikolu 9, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 15(1) tal-istess direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE skada fl-4 ta’ Jannar 2009 u, skont il-Kummissjoni, l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2010/31/UE, li jippermetti l-posponiment tal-applikazzjoni tal-obbligu li jiġi pprovdut ċertifikat ta’ prestazzjoni enerġetika, ma jinkludix iċ-ċertifikati diġà maħruġa jew li għad iridu jinħarġu abbażi tal-Artikolu 7(1) ta’ tali direttiva.
Sad-data li fiha ġie ppreżentat dan ir-rikors, il-konvenuta għadha ma adottatx il-miżuri kollha necessarji biex titrasponi d-direttiva.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 168.
(2) ĠU L 153, p. 13.
Full & Egal Universal Law Academy