22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fl-20 ta’ Lulju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Ulrike Wiering, Markus Wiering
(Kawża C-347/12)
2012/C 287/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Caisse nationale des prestations familiales
Konvenuta: Ulrike Wiering, Markus Wiering
Domanda preliminari
Għall-kalkolu tas-supplement għad-differenza eventwalment dovut skont l-Artikoli 1(u)(i), 4(1)(h) u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru°1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati[, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji] tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità fil-verżjoni emendata tiegħu (1) u l-Artikolu 10 [(1)(b)(i)] tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (2), mill-entità kompetenti tal-Istat tal-post tax-xogħol, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, bħala allowances tal-familja tal-istess natura, l-allowances kollha li l-familja tal-ħaddiem immigrant tirċievi fl-Istat ta’ residenza, f’dan il-każ l-“Elterngeld” u l-“Kindergeld” ipprovduti mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83.
Full & Egal Universal Law Academy