13.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) (Ir-Repubblika tal-Ungerija) fl-24 ta’ Lulju 2012 — Peró Gáz Kft vs János Balla
(Kawża C-349/12)
2012/C 311/03
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Peró Gáz Kft
Konvenut: János Balla
Domandi preliminari
(1)
Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ privattiva, japplikaw b’mod li l-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta bit-talbiet jew dikjarazzjonijiet oħra tal-partijiet li għandhom effetti legali, u li hi għandha s-setgħa li tordna ex officio il-produzzjoni ta’ provi li hija tqis neċessarji, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?
(2)
Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba għall-annullament tal-protezzjoni ta’ privattiva, japplikaw b’mod li fl-evalwazzjoni tagħha, il-qorti nazzjonali ma tkunx marbuta b’deċiżjoni amministrattiva mogħtija għal talba għal annullament, u lanqas minn konstatazzjonijiet ta’ fatt li huma effettwati minnha, b’mod partikolari permezz tal-motivi ta’ annullament invokati matul il-proċedura amministrattiva, jew ukoll mid-dikjarazzjonijiet jew affermazzjonijiet ifformulati, jew il-provi prodotti matulha, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?
(3)
Miżuri, proċeduri u kumpensi li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ reviżjoni li tikkonċerna talba ġdida għall-annullament ta’ privattiva, japplikaw b’mod li fid-dawl tal-eżiġenza ta’ innovazzjoni jew ta’ attività inventiva, il-qorti nazzjonali teżamina jekk l-invenzjoni tistax tibbenefika mill-prijorità fid-data tal-preżentata, jew biss fid-data tal-modifika, peress li r-regoli fis-seħħ fil-mument tal-preżentata kienu jippermettu lil min jagħmel il-preżentata sabiex, wara d-data tal-preżentata, ikabbar il-kontenut tekniku tal-privattiva ppreżentata u l-portata tal-protezzjoni mitluba, huma konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy