10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2012 — Coty Prestige Lancaster Group GmbH vs First Note Perfumes NV
(Kawża C-360/12)
2012/C 343/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Coty Prestige Lancaster Group GmbH
Konvenuta: First Note Perfumes NV
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 93(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li fatt ta’ vjolazzjoni ikun twettaq fi Stat Membru (Stat Membru A) fis-sens tal-Artikolu 93(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 f’każ ta’ parteċipazzjoni, permezz ta’ att li seħħ fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B), fil-ksur tad-drittijiet għal trade mark li jseħħ fl-ewwel Stat Membru (Stat Membru A)?
(2)
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt dannuż seħħ fi Stat Membru (Stat Membru A) meta d-delitt li huwa s-suġġett tal-proċedura jew fl-oriġini tal-allegazzjonijiet imqajma twettaq fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B) u jikkonsisti fil-parteċipazzjoni fid-delitt (delitt prinċipali) imwettaq fl-ewwel Stat Membru (Stat Membru A)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy