29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Nantes (Franza) fit-2 ta’ Awwissu 2012 — Adiamix vs Ministre de l’Économie et des Finances
(Kawża C-368/12)
2012/C 295/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Nantes
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Adiamix
Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances
Domanda preliminari
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/343/KE (1), tas-16 ta’ Diċembru 2003, li għaliha hija neċessarjament suġġetta l-legalità tal-ordni ta’ rkupru, hija valida?
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/343/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata minn Franza dwar it-teħid ta’ kontroll ta’ impriżi fid-diffikultà (ĠU L 108, p. 38).
Full & Egal Universal Law Academy