10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Brașov (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Awwissu 2012 — Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central vs Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov
(Kawża C-369/12)
2012/C 343/04
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Brașov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Corpul Național al Polițiștilor — Biroul Executiv Central, li qed jirrappreżentaw lir-rikorrenti Chițea Constantin et
Konvenuti: Ministerul Administrației și Internelor, Inspectoratul General al Poliției Române, Inspectoratul de Poliție al Județului Brașov
Domandi preliminari
(1)
Id-disposizzjonijiet magħquda tat-tieni sentenza tal-Artikolu 51(1) u tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-impjegati jiġu mħallsa minn fondi pubbliċi drittijiet għandhom l-istess drittijiet bħal dawk tal-kumpanniji kummerċjali b’kapital pubbliku jew issussidjati mill-baġit tal-Istat?
(2)
Id-disposizzjonijiet magħquda tat-tieni sentenza tal-Artikolu 51(1) u tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-diskriminazzjoni bejn impjegati mħallsa minn fondi pubbliċi u dawk ta’ kumpanniji kummerċjali b’kapital pubbliku jew issussidjati mill-baġit tal-Istat?
(3)
Is-sintamma “proprjetà tagħha” (dawk taċ-ċittadin) li tinsab fit-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tinkludi wkoll id-dritt għal salarju?
(4)
Is-sintamma “fl-interess pubbliku” li tinsab fit-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens ta “kriżi ekonomika”?
(5)
Is-sintamma “l-użu tal-proprjetà … safejn ikun meħtieġ għall-interess pubbliku” li tinsab fit-tielet sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens ta’ “tnaqqis tar-remunerazzjonijiet tal-persunal fis-settur pubbliku b’25 %”?
(6)
Jekk l-Istat Rumen inaqqas b’25 % ir-remunerazzjoni tal-persunal mħallas minn fondi pubbliċi, billi jinvoka l-kriżi ekonomika u l-ħtieġa li jibbilanċja mill-ġdid il-baġit tal-Istat, it-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Rumen huwa meħtieġ iħallas fi żmien utli kumpens ġust lill-persunal ikkonċernat għat-telf subit minnhom?
Full & Egal Universal Law Academy