29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja) fit-3 ta’ Awwissu 2012 — Enrico Petillo u Carlo Petillo vs Unipol
(Kawża C-371/12)
2012/C 295/44
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Tivoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Enrico Petillo, Carlo Petillo
Konvenuta: Unipol
Domanda preliminari
Fid-dawl tad-Direttivi 72/166/KEE (1), 84/5/KEE (2), 90/232/KEE (3) u 2009/103/KE (4) li jirregolaw l-assigurazzjoni obbligatorja fir-rigward tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur, huwa permess li l-leġiżlazzjoni interna ta’ Stat Membru tipprovdi — permezz tal-kwantifikazzjoni obbligatorja ex lege tas-sempliċi danni li jirriżultaw minn inċidenti tat-traffiku — limitazzjoni de facto (f’termini ta’ kwantifikazzjoni) tar-responsabbiltà għal danni morali li għandhom jitħallsu mill-persuni (kumpanniji ta’ assigurazzjoni) obbligati, skont l-istess direttivi, sabiex tiġi ggarantita l-assigurazzjoni obbligatorja għal danni kkawżati mill-użu tal-vetturi?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10).
(2) Tieni Direttiva tal-Kunsill, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol.7, p. 3).
(3) Tielet Direttiva tal-Kunsill, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249).
(4) Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, p. 11)
Full & Egal Universal Law Academy