13.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-6 ta’ Awissu 2012 — Sky Italia Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Commissione di Garanzia per l’Attuazione della Legge sullo Sciopero nei Servizi Pubblici Essenziali
(Kawża C-376/12)
2012/C 311/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sky Italia Srl
Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Commissione di Garanzia per l’Attuazione della Legge sullo Sciopero nei Servizi Pubblici Essenziali
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet settorjali Komunitarji, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Nru 2002/20/KE (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fid-digriet tar-rinviju, speċifikament il-Liġi Nru 266/2005, partikolarment minħabba l-mod li bih hija konkretament applikata fil-livell regolatorju.
(1) Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337)
Full & Egal Universal Law Academy