6.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 303/19
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2012 minn Arav Holding S.r.l mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-557/10, H.Eich vs UASI — Arav (H.EICH)
(Kawża C-379/12 P)
2012/C 303/33
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Arav Holding Srl (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: H. Eich Srl, UASI (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
Tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2012 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u, konsegwentement, tikkonferma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2010, minħabba l-fatt li hija tapplika u tosserva kif suppost ir-Regolament tal-RTMK (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(1)(b) tiegħu.
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz tal-appell tagħha, il-kumpannija Arav Holding S.r.l tikkuntesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali għal żewġ raġunijiet.
Fl-ewwel lok, hija tilmenta talli x-xebh grafiku, fonetiku u kunċettwali bejn, minn naħa, it-trade mark figurattiva nazzjonali Taljana “H SILVIAN HEACH” u t-trade mark figurattiva internazzjonali “H SILVIAN HEACH” u min-naħa l-oħra, it-trade mark H.EICH, ma ġiex rikonoxxut. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta identifikat l-element li jikkostitwixxi l-qalba tat-trade mark, jiġifieri l-kunjom u mhux l-isem. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-valur dgħajjef tal-użu tal-punt, ta’ daqs verament minimu meta mqabbel mad-daqs tal-ittri, mingħajr ma kienet ġiet kkunsidrata n-natura “b’saħħitha” tat-trade mark preċedenti.
Fit-tieni lok, il-kumpannija Arav Holding S.r.l tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma rrikonoxxietx il-probabbiltà ta’ konfużjoni globali bejn it-trade marks, li toħroġ kemm mix-xebh bejn it-trade marks kif ukoll mix-xebh fl-użu li jsir minnhom.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17,Vol. 1, p. 146).
Full & Egal Universal Law Academy