10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Rostock (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Awwissu 2012 — proċeduri kriminali kontra Per Harald Lökkevik
(Kawża C-384/12)
2012/C 343/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz
Qorti tar-rinviju
Landgericht Rostock
Partijiet fil-kawża prinċipali
Per Harald Lökkevik
Parti oħra: Staatsanwaltschaft Rostock
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għall-fatt li allegatament jikkawża, permezz tal-indikazzjonijiet ipprovduti fil-proċedura ta’ sussidju, is-sempliċi nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li jiġi evitat l-obbligu ta’ notifika ta’ proġetti ta’ għajnuna reġjonali għall-investiment bi spiża totali ta’ mill-inqas EUR 50 miljun, skont il-punt 2.1(i) tal-qafas multisettorjali ta’ għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment (ĠU 1998, C 107, p. 7)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.
Full & Egal Universal Law Academy