10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Awwissu 2012 — Hi Hotel HCF SARL vs Uwe Spoering
(Kawża C-387/12)
2012/C 343/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hi Hotel HCF SARL
Konvenut: Uwe Spoering
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt dannuż seħħ fi Stat Membru (Stat Membru A) meta d-delitt li huwa s-suġġett tal-proċedura jew fl-oriġini tal-allegazzjonijiet imqajma twettaq fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B) u jikkonsisti fil-parteċipazzjoni fid-delitt (att prinċipali) imwettaq fl-ewwel Stat Membru (Stat Membru A)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy