10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Awwissu 2012 — RLvS Verlagsgesellschaft mbH vs Stuttgarter Wochenblatt GmbH
(Kawża C-391/12)
2012/C 343/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RLvS Verlagsgesellschaft mbH
Konvenuta: Stuttgarter Wochenblatt GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/29 (1) kif ukoll il-punt 11 tal-Anness I ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikoli 4 u 3(5) tal-istess direttiva, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali (f’dan il-każ l-Artikolu 10 tal-Liġi reġjonali ta’ Baden-Württemberg dwar l-istampa — Landespressegesetz Baden-Württemberg) li hija intiża mhux biss għall-protezzjoni tal-konsumaturi kontra l-qerq, iżda wkoll sabiex tiggarantixxi l-indipendenza tal-istampa u li tipprojbixxi, irrispettivament mill-għan imfittex u b’kuntrast mal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2005/29 kif ukoll mal-punt 11 tal-Anness I ta’ din id-direttiva, kull pubblikazzjoni bi ħlas mingħajr l-inklużjoni ta’ indikazzjoni li hija “reklamar”, sakemm l-arranġament u d-disinn tal-pubblikazzjoni ma jindikawx minnhom infushom li din il-pubblikazzjoni hija reklam?
(1) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy