8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Awwissu 2012 — A.M. van der Ham, A.H. van der Ham-Reijersen van Buuren vs College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland
(Kawża C-396/12)
2012/C 379/21
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A.M. van der Ham, A.H. van der Ham-Reijersen van Buuren
Konvenut: College van Gedeputeerde Staten van Zuid-Holland
Domandi preliminari
(1)
Kif għandha tinftiehem il-frażi “nuqqas ta’ konformità (osservanza) intenzjonali” fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (…), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, fl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-7 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (tal-Kunsill) (KE) Nru 1698/2005 (…), u fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (…); sabiex jiġi preżunt li seħħ in-nuqqas ta’ osservanza intenzjonali, huwa suffiċjenti li politika stabbilita u li ilha fis-seħħ ma tiġix osservata, kif deskritta fl-Artikolu 8(2)(c) tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-kuntest normattiv ta’ konformità tal-għajnuna intiża għad-dħul favur bdiewa fil-kuntest tal-politika agrikola komuni?
(2)
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li fl-Istat Membru jiġi deċiż li skema ma hijiex osservata “intenzjonalment”, kif jirriżulta minn dawn ir-regolamenti, minħabba s-sempliċi fatt li sseħħ waħda jew iktar miċ-ċirkustanzi segwenti:
(a)
l-intenzjoni diġà ġiet preżunta fir-rekwiżit tal-konformità inkwistjoni li ma ġiex osservat;
(b)
ir-rekwiżit tal-konformità inkwistjoni huwa kumpless;
(c)
teżisti politika stabbilita u li ilha fis-seħħ;
(d)
teżisti azzjoni jew ommissjoni volontarja;
(e)
il-bidwi kien ġie informat minn qabel dwar nuqqasijiet fl-osservanza tar-rekwiżit tal-konformità inkwistjoni, u
(f)
l-estent li fih ir-rekwiżit tal-konformità ma ġiex osservat jagħti lok għal dan?
(3)
In-natura “intenzjonali” tan-“nuqqas ta’ konformità (osservanza)” tista’ tiġi imputata lill-benefiċjarju tal-għajnuna jekk terz iwettaq ix-xogħolijiet fuq talba tal-benefiċjarju?
Full & Egal Universal Law Academy