17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Fermo (l-Italja) fid-29 ta’ Awwissu 2012 — Proċeduri kriminali kontra M
(Kawża C-398/12)
2012/C 355/15
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Fermo
Parti fil-kawża prinċipali
M
Domanda preliminari
Sentenza definittiva li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri mogħtija minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, firmatarju tal-KIFS (1), wara kumpilazzjoni twila fil-kuntest ta’ investigazzjoni magħmula fil-kuntast ta’ proċedura li tista’ tkun is-suġġett ta’ ftuħ mill-ġdid fil-każ ta’ produzzjoni ta’ provi ġodda, tipprekludi l-ftuħ jew l-iżvolġiment ta’ proċeduri dwar l-istess fatti u fil-konfront tal-istess persuna fi Stat Membru ieħor?
(1) Il-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9.
Full & Egal Universal Law Academy