27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (Ir-Renju Unit) fil-31 ta’ Awwissu 2012 — Secretary of State for the Home Department vs MG
(Kawża C-400/12)
2012/C 331/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Secretary of State for the Home Department
Konvenuta: MG
Domandi preliminari
(1)
Terminu ta’ priġunerija, mogħti permezz ta’ sentenza, għat-twettiq ta’ reat kriminali minn ċittadin tal-Unjoni, jinterrompi l-perijodu ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, meħtieġ sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika mill-għola livell ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija skont l-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) jew jipprekludi persuna li qed tibbaża ruħha fuq dan il-livell ta’ protezzjoni?
(2)
Ir-riferiment għal “għaxar snin preċedenti” fl-Artikolu 28(3)(a) iffisser li r-residenza għandha tkun kontinwa sabiex ċittadin tal-Unjoni jkun jista’ jibbenefika mill-għola livell ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija?
(3)
Għall-finijiet tal-Artikolu 28(3)(a), ir-rekwiżit tat-terminu ta’ 10 snin li matulhom iċ-ċittadin tal-Unjoni kellu l-obbligu li jirresjedi fl-Istat Membru jiġi kkalkolat (a) billi jingħad b’lura mid-deċiżjoni tat-tkeċċija; jew (b) billi jingħad bil-quddiem mid-data ta’ meta ċ-ċittadin beda jirresjedi fl-Istat Membru ospitanti?
(4)
Fil-każ li r-risposta għad-domanda 3(a) tkun li t-terminu ta’ 10 snin jiġi kkalkolat billi jingħad b’lura, jagħmel differenza jekk il-persuna tkunx akkumulat l-għaxar snin residenza qabel tali priġunerija?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46
Full & Egal Universal Law Academy