27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/15
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-406/12)
2012/C 331/24
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Nicolae u M. Žebre)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva 2009/136/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttiva 2002/22/KE (2) dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE (3) dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, lir-Repubblika tas-Slovenja minħabba n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ komunikazzjoni dwar il-miżuri kollha li jittrasponu d-Direttiva 2009/136/KE, għall-pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 6 531,84 b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża;
—
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-25 ta’ Mejju 2011.
(1) ĠU L 337, p. 11.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367.
(3) ĠU L 319M, 29.11.2008, p. 470.
Full & Egal Universal Law Academy