27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/16
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-407/12)
2012/C 331/25
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, L. Nicolae u M. Žebre)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/140/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttivi 2002/21/KE (2), dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE (3) dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE (4) dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva;
—
tikkundanna skont l-Artikolu 260(3) TFUE lir-Repubblika tas-Slovenja minħabba l-ksur tal-obbligu ta’ komunikazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ traspożizzjoni kollha tad-Direttiva 2009/136/KE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 6 531,84 mill-ġurnata li fiha tingħata s-sentenza f’din il-kawża;
—
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-25 ta’ Mejju 2011.
(1) ĠU L 337, p. 37.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323.
(4) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy