27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/16
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2012 minn medi GmbH & Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-470/09 — medi GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-410/12 P)
2012/C 331/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: medi GmbH & Co. Ltd (rappreżentant: D. Terheggen, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla b’mod sħiħ tad-deċiżjoni appellata tal-Qorti Ġenerali (sentenza tat-12 ta’ Lulju 2012, T-470/09);
—
tilqa’ b’mod integrali t-talbiet ifformulati fl-ewwel istanza fir-rikors indirizzat lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u emendati fil-kuntest tas-seduta tat-2 ta’ Mejju 2012, kif attestat fil-proċess verbali tas-seduta.
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa intiż kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-470/09, li permezz tagħha din il-qorti ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn medi GmbH & Co. KG kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-1 ta’ Ottubru 2009 (R 692/2008-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “medi” bħala trade mark Komunitarja.
Essenzjalment l-appellanti tibbażppell tagħha fuq l-aggravju segwenti:
Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) sa fejn hija qieset li s-sinjal verbali “medi” ma għandux il-karattru distintiv minimu meħtieġ għal trade Komunitarja. L-appellanti tqis li din id-dikjarazzjoni ma hijiex eżatta, peress li dan is-sinjal verbali ma jikkostitwixxix, għall-konsumatur medju kkonċernat li jitkellem bil-lingwa Ingliża, taqsima komuni tat-terminu “medicine”.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy