17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/10
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-411/12)
2012/C 355/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, S. Thomas u D. Grespan, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx fit-termini stabiliti l-miżuri neċesarji kollha sabiex tneħħi s-sistema ta’ għajnuna mill-Istat meqjusa illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Italja lil Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 956)) (ĠU L 309, p. 1), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti mill-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ din id-deċiżjoni u tat-Trattat TFUE;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit fid-deċiżjoni għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali skada fl-24 ta’ Ġunju 2011. Barra minn hekk, il-konvenuta kellha tikkomunika lill-Kummissjoni sal-24 ta’ April 2011 l-ammont totali ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata u l-miżuri meħuda u previsti sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni.
Fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tirkupra l-għajnuna mingħand l-impriżi benefiċjarji u lanqas ma kienet ikkomunikat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Full & Egal Universal Law Academy