1.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 373/3
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 minn TME SpA — Termomeccanica Ecologia mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-4 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-329/11 — TME SpA — Termomeccanica Ecologia vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-418/12 P)
2012/C 373/03
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: TME SpA — Termomeccanica Ecologia (rappreżentanti: C. Malinconico, S. Fidanzia u A. Gigliola, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012, fil-Kawża T-329/11, innotifikat fid-9 ta’ Lulju 2012, għar-raġunijiet esposti bħala motivazzjoni, u f’dan is-sens:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ April 2011 li permezz tagħha tiġi eskluża l-ħtieġa li tinfetaħ proċedura ta’ ksur kontra r-Rumanija minħabba ksur tal-prinċipji u tad-direttivi Komunitarji fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, kif ukoll tal-“Practical Guide to contract procedures financed from the General Budget of the European Communities in the context of external actions”;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tad-danni, li jammontaw għal EUR 18 955 106 jew, ammont ikbar jew iżgħar meqjus xieraq mill-Qorti Ġenerali, imġarrba minn TME minħabba l-ksur tad-dritt Komunitarju mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea nnifisha;
—
sussidjarjament, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tad-danni minħabba telf ta’ opportunità mġarrba minn TME, li jammontaw għal EUR 3 791 021, jew ammont ikbar jew iżgħar meqjus xieraq mill-Qorti Ġenerali;
—
b’mod ulterjorment sussidjarju, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tad-danni minħabba dewmien attribwibbli lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, kwantifikabbli fl-ammont komplessiv tal-ispejjeż legali sostnuti minn TME u li jammontaw għal EUR 73 044,32 jew ammont ikbar jew iżgħar meqjus xieraq mill-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni għandha l-obbligu, bis-saħħa tal-klawżola 2.4.12 tal-PRAG u tal-klawżola 37 tal-Vol. I tad-dokument tal-offerta, tagħti opinjoni motivata (“opinion”) dwar il-proċedura kkontestata minn TME. Jidher li hija ma wettqitx dan l-obbligu.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet żball billi ma intervjenietx biex tirrimedja l-ksur evidenti tad-dritt Komunitarju u tirkupra l-fondi mogħtija lill-Istat tar-Rumanija b’riferiment għall-kuntratt pubbliku inkwistjoni, wara l-ilment ippreżentat minn TME fl-10 ta’ Diċembru 2008.
Full & Egal Universal Law Academy