24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Settembru 2012 — Crono Service Scarl et vs Roma Capitale
(Kawża C-419/12)
2012/C 366/45
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Crono Service Scarl et
Konvenuta: Roma Capitale
Domanda preliminari
L-Artikoli 49 TFUE, 3 TUE, 3, 4, 5 u 6 TFUE, 101 u 102 TFUE jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikoli 3(3), 8(3) u 11 tal-Liġi Nru 21 tal-1992 fil-partijiet li fihom dawn jistabbilixxu rispettivament li “is-sede tat-trasportatur u l-garaxx għandhom jinsabu esklużivament fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni”, li “għall-kisba u għaż-żamma tal-awtorizzazzjoni li jiġi pprovdut servizz ta’ kiri b’xufier hemm bżonn, abbażi ta’ titolu legali validu, ta’ sede, ta’ garaxx jew ta’ pjattaforma ta’ aċċess li jinsabu fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni” u li “il-prenotazzjonijiet ta’ trasport għas-servizz ta’ kiri b’xufier għandhom jitwetqqu mal-garaxx. Il-bidu u t-tmiem ta’ kull servizz ta’ kiri b’xufier għandhom iseħħu fil-garaxx li jinsab fil-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni, b’ritorn fl-istess garaxx, filwaqt li l-ġbir u l-wasla fid-destinazzjoni tal-utent jistgħu jseħħu anki fit-territorju ta’ komuni oħra”.
Full & Egal Universal Law Academy