8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/14
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2012 minn Industrias Alen SA de CV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-10 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-135/11, Clorox vs UASI — Industrias Alen (Cloralex)
(Kawża C-422/12)
2012/C 379/24
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Industrias Alen SA de CV (rappreżentant: A. Padial Martinez, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012, fil-Kawża T-135/11.
—
tikkonferma d-deċiżjoni tas-16 ta’ Diċembru 2010 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u, konsegwentement, tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata minn THE CLOROX COMPANY.
—
tikkundanna lil THE CLOROX COMPANY għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993 (1), dwar it-trade mark Komunitarja.
—
Żball tal-Qorti Ġenerali fil-paragun tas-sinjali CLOROX ma’ CLORALEX.
—
Żball tal-Qorti Ġenerali fl-evalwzzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.
—
Koeżistenża attwali fir-reġistru tal-UASI tat-terminu CLOR fil-klassijiet 3 u 5.
—
Ftehim ta’ koeżistenza bejn il-partijiet fir-rigward tat-trade marks CLOROX/CLORALEX f’pajjiżi oħra.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146.
Full & Egal Universal Law Academy