17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja) fis-17 ta’ Settembru 2012 — Flora May Reyes vs Migrationsverket
(Kawża C-423/12)
2012/C 355/19
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Kammarrätten i Stockholm, Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Flora May Reyes
Konvenuta: Migrationsverket
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li, f’ċerti ċirkustanzi, Stat Membru jista’ jeżiġi li, sabiex ikun jista’ jiġi ikkunsidrat bħala dipendenti u li għalhekk jaqa’ taħt id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “membru tal-familja” f’din id-dispożizzjoni, id-dixxendent dirett li għandu 21 sena jew iktar għandu jistabbilixxi li mingħajr suċċess ipprova jsib xogħol jew jitlob għal għajnuna għas-sussistenza mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini u/jew li pprova jiżgura l-għajxien tiegħu b’mod ieħor?
(2)
Fir-rigward tal-interpretazzjoni tar-rekwiżit li wieħed ikun “dipendenti” li jissemma’ fl-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 2004/38, x’effett għandu l-fatt li membru tal-familja li, minħabba f’ċirkustanzi personali bħall-età tiegħu, il-kwalifiki professjonali tiegħu u l-istat ta’ saħħtu, huwa kkunsidrat bħala li għandu possibilitajiet raġonevoli li jsib xogħol u li, barra minn hekk, irid jaħdem fl-Istat Membru kkonċernat, li jimplika li r-rekwiżiti sabiex jiġi kkunsidrat bħala membru tal-familja dipendenti (fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni) ma għadhomx iktar sodisfatti?
(1) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
Full & Egal Universal Law Academy