8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Settembru 2012 — SC Fatorie SRL vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bihor
(Kawża C-424/12)
2012/C 379/25
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Fatorie SRL
Konvenuta: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bihor
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 jippermettu l-applikazzjoni ta’ sanzjoni li tkun fit-telf, għall-persuna taxxabbli, tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, meta:
(i)
il-fattura li tkun ġiet ippreżentata mill-persuna taxxabbli fid-dawl tal-implementazzjoni tad-dritt għat-tnaqqis tkun ġiet redatta b’mod żbaljat minn terz, il-miżuri ta’ semplifikazzjoni ma jkunux ġew applikati;
(ii)
il-persuna taxxabbli tkun ħallset l-VAT imsemmija fil-fattura?
(2)
Il-prinċipju Ewropew taċ-ċertezza legali jipprekludi prattika amministrattiva tal-awtoritajiet fiskali Rumeni li
(i)
inizjalment, permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva irrevokabbli, irrikonxxew id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT;
(ii)
u sussegwentement bidlu din id-deċiżjoni u għamlu lil persuna taxxabbli responsabbli għall-obbligu li jikkontribwixxi għall-baġit tal-Istat l-VAT li għaliha d-dritt ta’ tnaqqis oriġinarjament kien ġie implementat, b’interessi u penalitajiet moratorji?
(3)
Fiċ-ċirkustanzi li fihom:
(i)
il-persuna taxxbbli tkun ħallset il-VAT indikata b’mod żbaljat minn terz fil-fattura;
(ii)
l-awtoritajiet fiskali ma adottaw l-ebda tip ta’ miżura attiva biex jordnaw lit-terz biex jikkoreġi l-fattura redatta b’mod żbalajt;
(iii)
u li issa huwa impossibbli sabiex tiġi kkoreġuta l-fattura, minħabba l-falliment tat-terz, il-prinċipju tan-newtralità fiskali tal-VAT jippermetti li l-persuna taxxabbli jitneħħilha d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT?
Full & Egal Universal Law Academy