15.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto (il-Portugall) fit-18 ta’ Settembru 2012 — Portgás — Sociedade de Produção e Distribuição de Gás, SA vs Ministério do Ambiente, do Ordenamento do Território e do Desenvolvimento Regional
(Kawża C-425/12)
2012/C 389/04
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Portgás — Sociedade de Produção e Distribuição de Gás, SA
Konvenut: Ministério do Ambiente, do Ordenamento do Território e do Desenvolvimento Regional
Domand preliminari
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE (1), tal-14 ta’ Ġunju 1993, l-Artikolu 14(1)(ċ)(i) tal-istess direttiva, moqrija fid-dawl tal-emenda introdotta permezz tad-Direttiva 98/04/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra minn dawn id-direttivi jew il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju applikabbli, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li joħolqu obbligi għal konċessjonarji speċifiċi ta’ servizzi pubbliċi, b’mod partikolari, entità rregolata taħt l-Artikolu 2(1)(b) tal-imsemmija Direttiva 93/38/KEE, sa fejn din id-direttiva ma ġietx trasposta għall-finijiet tad-dritt intern mill-Istat Portugiż, liema nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn l-obbligi jista’ jiġi invokat kontra dik l-entità konċessjonarja speċifika mill-istess Stat Portugiż, permezz tal-att imputabbli lill-ministeri tagħha?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194)
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 91
Full & Egal Universal Law Academy